Independent news and stories from SBS Audio, connecting you to life in Australia and Maltese-speaking Australians. - Aħbarijiet u stejjer indipendenti li jikkonnettjawk mal-ħajja fl-Awstralja u tal-Maltin Awstraljani.
Site
RSS
Apple
Data updated on 04/07/2026
Recent rankings
Latest chart positions across Apple Podcasts and Spotify rankings.
Shared links between episodes and podcasts
Links found in episode descriptions and other podcasts that share them.
Discover shows related to SBS Maltese - SBS bil-Malti, based on actual content similarities. Explore podcasts with similar topics, themes, and formats, backed by real data.
There is no related content for this show.
No links shared by this podcast
50 sena tal-SBS: Manuel Casha, xandar u mużiċist sa mill-bidu tax-xandir bil-Malti fl-Awstralja
Saturday, August 30, 2025 • Duration 13:23
F’din is-sensiela ta’ episodji li bihom qegħdin infakkru l-50 sena ta’ xandir bil-Malti fuq l-SBS, illum infakkru x-xogħol u l-kontribut tax-xandar u mużiċista Manuel Casha, wieħed minn tal-ewwel fuq Radio 3EA li għadna nisimgħu leħnu sal-lum. Minbarra x-xandir, Manuel Casha ddedika ħafna snin fir-riċerka u l-preservazzjoni tal-mużika tradizzjonali Maltija fl-Awstralja, l-aktar fl-għana u d-daqq tal-prejjem Maltin, ippubblika ktieb dwar dan is-suġġett, u kotba oħra fil-qasam tal-letteratura Maltija fl-Awstralja.
Ħarġa fil-ġnien ma’ Victor Vella fil-jiem tax-xitwa
Sunday, August 24, 2025 • Duration 07:53
Victor Vella, kittieb Malti Awstraljan u xandar jeħodna dwara fil-ġnien tiegħu fil-jiem tax-xitwa, fejn minkejja l-kesħa, xorta hemm x’tapprezza u ħajja li tagħtik gost.
Dawk b’mard kroniku jsofru minn nuqqas ta’ għarfien minn dawk ta’ madwarhom
Sunday, August 24, 2025 • Duration 05:11
Madwar erba’ miljun persuna fl-Awstralja, jew wieħed minn kull ħames persuni, qed jgħixu b’uġigħ kroniku, igifieri uġigħ li ma’ jgħaddix jew jgħaddi għal ftit u jerġa’ jiġi. Ħafna jirrapportaw li jħossuhom li ma jingħatawx attenzjoni biżżejjed u mwarrba fi ħdan is-sistema tal-kura tas-saħħa. Dan iġiegħel lill-esperti jappellaw għal investiment nazzjonali akbar, inkluż mod aktar komplut għall-kura.
Maria De Carlo – żjara familjari u kulturali f’Malta
Friday, August 22, 2025 • Duration 08:52
Maria De Carlo, persuna ħabrieka u involuta f'diversi oqsma kulturali fil-komunità Maltija ta’ New South Wales, titkellem ma’ Victor Vella dwar l-aħħar żjara tagħha f’Malta dan l-aħħar u l-osservazzjonijiet u l-bidliet li rat.
SBS Programm Malti - Il-Ġimgħa 22 ta' Awwissu 2025
Friday, August 22, 2025 • Duration 53:21
SBS Programm Malti - Il-Ġimgħa 22 ta' Awwissu 2025 - 12pm - Preżentazzjoni u produzzjoni ta' Joe Axiaq.
SBS Maltese News: 22.08.25
Friday, August 22, 2025 • Duration 07:02
Aħbarijiet bil-Malti: 22.08.25 minn Joe Axiaq. L-aħħar aħbarijiet mill-Awstralja u l-kumplament tad-dinja.
Id-diskriminazzjoni kontra ħaddiema akbar fl-età fuq il-post tax-xogħol
Thursday, August 21, 2025 • Duration 07:40
Minkejja li l-età tal-irtirar fl-Awstralja issa hija ta’ 67 sena, il-ħaddiema ta’ bejn il-51 u l-55 sena ta’ spiss jitqiesu bħala ħaddiema aktar anzjani meta jkunu qegħdin ifittxu xogħol ġdid. Dan sar magħruf f’riċerka ġdida mill-Istitut Awstraljan tar-Riżorsi Umani u l-Kummissjoni Awstraljana għad-Drittijiet tal-Bniedem. Iżda din mhix xi aħbar ġdida għall-ħaddiema f’din età. Diversi studji qabel diġà urew li persuni li jkunu għalqu 50 sena jiffaċċjaw diskriminazzjoni minħabba l-età fuq il-post tax-xogħol.
Understand Aboriginal land rights in Australia - L-għarfien tad-drittijiet tal-art Aboriġinali fl-Awstralja
Wednesday, August 20, 2025 • Duration 08:34
You may hear the protest chant, “what do we want? Land rights!” —but what does it really mean? Land is at the heart of Aboriginal and Torres Strait Islander identity, culture, and wellbeing. Known as “Country,” it includes land, waterways, skies, and all living things. In this episode of Australia Explained, we explore Indigenous land rights—what they involve, which land is covered, who can make claims, and the impact on First Nations communities. - Tista’ tisma’ l-kant u l-għajat waqt xi protesta, “X’irridu? Drittijiet tal-art!" Imma xi jfisser eżattament dan il-kliem? L-art tinsab fil-qalba tal-identità, il-kultura, u dak li huwa ta’ saħħa u kuntentizza għall-Aboriġini u Torres Strait Islander. Magħruf bħala “Pajjiż,” jinkludi l-art, fejn hemm l-ilma, is-smewwiet, u l-affarijiet ħajjin kollha. F’din l-informazzjoni se naraw x’inhuma d-drittijiet tal-art Indiġena, x’jinvolvu, liema art hija koperta legalment, min jista’ jagħmel klejms, u l-impatt fuq il-komunitajiet tal-Ewwel Nazzjonijiet.
SBS Programm Malti - It-Tlieta 19 ta' Awwissu 2025
Tuesday, August 19, 2025 • Duration 53:14
SBS Programm Malti - It-Tlieta 19 ta' Awwissu 2025 - 12pm - Preżentazzjoni u produzzjoni ta' Joe Axiaq.
SBS Maltese News: 19.08.25
Tuesday, August 19, 2025 • Duration 07:33
Aħbarijiet bil-Malti: 19.08.25 minn Joe Axiaq. L-aħħar aħbarijiet mill-Awstralja u l-kumplament tad-dinja.