Retour
Explorez tous les épisodes du podcast SBS Maltese - SBS bil-Malti
Plongez dans la liste complète des épisodes de SBS Maltese - SBS bil-Malti. Chaque épisode est catalogué accompagné de descriptions détaillées, ce qui facilite la recherche et l'exploration de sujets spécifiques. Suivez tous les épisodes de votre podcast préféré et ne manquez aucun contenu pertinent.
| Titre | Date | Durée | |
|---|---|---|---|
| 50 sena tal-SBS: Manuel Casha, xandar u mużiċist sa mill-bidu tax-xandir bil-Malti fl-Awstralja | 30 août 2025 | 00:13:23 | |
F’din is-sensiela ta’ episodji li bihom qegħdin infakkru l-50 sena ta’ xandir bil-Malti fuq l-SBS, illum infakkru x-xogħol u l-kontribut tax-xandar u mużiċista Manuel Casha, wieħed minn tal-ewwel fuq Radio 3EA li għadna nisimgħu leħnu sal-lum. Minbarra x-xandir, Manuel Casha ddedika ħafna snin fir-riċerka u l-preservazzjoni tal-mużika tradizzjonali Maltija fl-Awstralja, l-aktar fl-għana u d-daqq tal-prejjem Maltin, ippubblika ktieb dwar dan is-suġġett, u kotba oħra fil-qasam tal-letteratura Maltija fl-Awstralja. | |||
| Ħarġa fil-ġnien ma’ Victor Vella fil-jiem tax-xitwa | 24 août 2025 | 00:07:53 | |
Victor Vella, kittieb Malti Awstraljan u xandar jeħodna dwara fil-ġnien tiegħu fil-jiem tax-xitwa, fejn minkejja l-kesħa, xorta hemm x’tapprezza u ħajja li tagħtik gost. | |||
| Dawk b’mard kroniku jsofru minn nuqqas ta’ għarfien minn dawk ta’ madwarhom | 24 août 2025 | 00:05:11 | |
Madwar erba’ miljun persuna fl-Awstralja, jew wieħed minn kull ħames persuni, qed jgħixu b’uġigħ kroniku, igifieri uġigħ li ma’ jgħaddix jew jgħaddi għal ftit u jerġa’ jiġi. Ħafna jirrapportaw li jħossuhom li ma jingħatawx attenzjoni biżżejjed u mwarrba fi ħdan is-sistema tal-kura tas-saħħa. Dan iġiegħel lill-esperti jappellaw għal investiment nazzjonali akbar, inkluż mod aktar komplut għall-kura. | |||
| Maria De Carlo – żjara familjari u kulturali f’Malta | 22 août 2025 | 00:08:52 | |
Maria De Carlo, persuna ħabrieka u involuta f'diversi oqsma kulturali fil-komunità Maltija ta’ New South Wales, titkellem ma’ Victor Vella dwar l-aħħar żjara tagħha f’Malta dan l-aħħar u l-osservazzjonijiet u l-bidliet li rat. | |||
| SBS Programm Malti - Il-Ġimgħa 22 ta' Awwissu 2025 | 22 août 2025 | 00:53:21 | |
SBS Programm Malti - Il-Ġimgħa 22 ta' Awwissu 2025 - 12pm - Preżentazzjoni u produzzjoni ta' Joe Axiaq. | |||
| SBS Maltese News: 22.08.25 | 22 août 2025 | 00:07:02 | |
Aħbarijiet bil-Malti: 22.08.25 minn Joe Axiaq. L-aħħar aħbarijiet mill-Awstralja u l-kumplament tad-dinja. | |||
| Id-diskriminazzjoni kontra ħaddiema akbar fl-età fuq il-post tax-xogħol | 21 août 2025 | 00:07:40 | |
Minkejja li l-età tal-irtirar fl-Awstralja issa hija ta’ 67 sena, il-ħaddiema ta’ bejn il-51 u l-55 sena ta’ spiss jitqiesu bħala ħaddiema aktar anzjani meta jkunu qegħdin ifittxu xogħol ġdid. Dan sar magħruf f’riċerka ġdida mill-Istitut Awstraljan tar-Riżorsi Umani u l-Kummissjoni Awstraljana għad-Drittijiet tal-Bniedem. Iżda din mhix xi aħbar ġdida għall-ħaddiema f’din età. Diversi studji qabel diġà urew li persuni li jkunu għalqu 50 sena jiffaċċjaw diskriminazzjoni minħabba l-età fuq il-post tax-xogħol. | |||
| Understand Aboriginal land rights in Australia - L-għarfien tad-drittijiet tal-art Aboriġinali fl-Awstralja | 20 août 2025 | 00:08:34 | |
You may hear the protest chant, “what do we want? Land rights!” —but what does it really mean? Land is at the heart of Aboriginal and Torres Strait Islander identity, culture, and wellbeing. Known as “Country,” it includes land, waterways, skies, and all living things. In this episode of Australia Explained, we explore Indigenous land rights—what they involve, which land is covered, who can make claims, and the impact on First Nations communities. - Tista’ tisma’ l-kant u l-għajat waqt xi protesta, “X’irridu? Drittijiet tal-art!" Imma xi jfisser eżattament dan il-kliem? L-art tinsab fil-qalba tal-identità, il-kultura, u dak li huwa ta’ saħħa u kuntentizza għall-Aboriġini u Torres Strait Islander. Magħruf bħala “Pajjiż,” jinkludi l-art, fejn hemm l-ilma, is-smewwiet, u l-affarijiet ħajjin kollha. F’din l-informazzjoni se naraw x’inhuma d-drittijiet tal-art Indiġena, x’jinvolvu, liema art hija koperta legalment, min jista’ jagħmel klejms, u l-impatt fuq il-komunitajiet tal-Ewwel Nazzjonijiet. | |||
| SBS Programm Malti - It-Tlieta 19 ta' Awwissu 2025 | 19 août 2025 | 00:53:14 | |
SBS Programm Malti - It-Tlieta 19 ta' Awwissu 2025 - 12pm - Preżentazzjoni u produzzjoni ta' Joe Axiaq. | |||
| SBS Maltese News: 19.08.25 | 19 août 2025 | 00:07:33 | |
Aħbarijiet bil-Malti: 19.08.25 minn Joe Axiaq. L-aħħar aħbarijiet mill-Awstralja u l-kumplament tad-dinja. | |||
| Is-suċċess ta’ Paul Zammit, migrant Malti fit-Tramuntana ta’ Queensland | 14 août 2025 | 00:16:02 | |
Queensland ’s Sugar King, The Zammit Legacy huwa ktieb miktub minn Catherine Smith dwar in-nanniet tagħha u l-migrazzjoni tagħhom minn Malta għall-Awstralja fil-bidu tas-seklu l-ieħor. Hija titkellem ma’ Joe Axiaq dwar in-nanniet tagħha li minkejja diffikultajiet kbar issetiljaw f’North Queensland u ħallew wirt dejjiemi. | |||
| SBS Programm Malti - Il-Ġimgħa 1 ta' Awwissu 2025 | 01 août 2025 | 00:56:13 | |
SBS Programm Malti - Il-Ġimgħa 1 ta' Awwissu 2025 - 12pm - Preżentazzjoni u produzzjoni ta' Joe Axiaq. | |||
| SBS Maltese News: 01.08.25 | 01 août 2025 | 00:06:59 | |
Aħbarijiet bil-Malti: 01.08.25 minn Joe Axiaq. L-aħħar aħbarijiet mill-Awstralja u l-kumplament tad-dinja. | |||
| Żjara f’Darwin ma’ Victor Vella | 30 juil. 2025 | 00:07:41 | |
Victor Vella, awtur Maltin Awstraljan, xandar u ekx għalliem jeħodna dawra fil-belt ta’ Darwin u jitkellem dwar il-karatteristiċi uniċi ta’ dan it-territorju Awstraljan. | |||
| 50 sena tal-SBS: L-ewwel xandira diretta minn Malta għall-Awstralja f’Awwissu tal-1981 | 28 juil. 2025 | 00:14:22 | |
F’dawn l-episodji li bihom qegħdin infakkru għeluq il-50 sena ta’ xandir bil-Malti fuq l-SBS illum immorru lura f’Awwissu tal-1981 meta kellna l-ewwel xandira diretta minn Malta għall-Awstralja, fi żmien meta l-mezzi tat-telekomunikazzjonijiet kienu diffiċli ħafna. Ix-xandira saret mill-Ħamrun, fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Gejtanu. Fl-istess ħin tal-briju tal-festa li twassal minn Malta permezz tar-radju, grupp ta’ membri u ħbieb mill-Għaqda ta’ San Gejtanu f’Melbourne, kienu miġbura għall-festa tagħhom fejn komplew mal-briju tal-festa minn Malta. | |||
| Bonegilla – The Migrant’s Journey by Director Simon Reich | 26 juil. 2025 | 00:13:39 | |
Bonegilla – The Migrant’s Journey huwa show u issa dokumentarju wkoll tad-Direttur Simon Reich. Huwa jitkellem ma ’ Joe Axiaq, dwar kif editja l-intervisti mix-show f'dokumentaru li għadu kif intgħażel fil-Melbourne Documentary Film Festival 2025. L-immigranti intervistati huma minn diversi pajjiżi Ewropej fosthom Malta, l-Ukrajna, il-Ġermanja, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, l-Italja, u l-Greċja. Kull wieħed u waħda minnhom jirrakkontaw l-istejjer tal-gwerra li għaddew minnhom, li hija r-raġuni prinċipali li ġew l-Awstralja. Hekk kif waslu l-Awstralja ħafna minnhom qagħdu f ’kampijiet tal-immigranti bħal Bonegilla, sakemm sabu xogħol. | |||
| Aħbarijiet minn Malta: 25.07.25 | 26 juil. 2025 | 00:10:05 | |
Bullettin ta' aħbarijiet minn Malta mill-korrispondent tal-SBS, Leonard Callus. | |||
| SBS Programm Malti - Il-Ġimgħa 25 ta' Lulju 2025 | 25 juil. 2025 | 00:56:26 | |
SBS Programm Malti - Il-Ġimgħa 25 ta' Lulju 2025 - 12pm - Preżentazzjoni u produzzjoni ta' Joe Axiaq. | |||
| SBS Maltese News: 25.07.25 | 25 juil. 2025 | 00:07:53 | |
Aħbarijiet bil-Malti: 25.07.25 minn Joe Axiaq. L-aħħar aħbarijiet mill-Awstralja u l-kumplament tad-dinja. | |||
| Meħtieġa azzjoni kmieni kontra d-dijabete | 24 juil. 2025 | 00:07:57 | |
Esperti tas-saħħa qed jappellaw biex tittieħed azzjoni aktar kmieni biex tiġi evitata s-seba’ l-aktar kawża komuni ta’ mewt fl-Awstralja: id-dijabete. Ir-Royal Australian College tat-Tobba, qed iħeġġeġ lin-nies fl-Awstralja, biex jaraw lit-tabib tagħhom u jieħdu passi biex ibiddlu l-istil ta’ ħajja tagħhom issa, biex jevitaw il-kumplikazzjonijiet tas-saħħa fit-tul aktar tard fil-ħajja. | |||
| Aħbarijiet minn Malta: 22.07.25 | 23 juil. 2025 | 00:07:57 | |
Bullettin ta' aħbarijiet minn Malta mill-korrispondent tal-SBS, Leonard Callus. | |||
| Australia’s Indigenous education gap and the way forward - Id-differenza fl-edukazzjoni Indiġena fl-Awstralja u l-mod kif nimxu ’l quddiem | 23 juil. 2025 | 00:09:23 | |
Education is a pathway to opportunity, but for too long, Indigenous students in Australia have faced barriers to success. While challenges remain, positive change is happening. In this episode we’ll hear from Indigenous education experts and students about what’s working, why cultural education matters and how Indigenous and Western knowledge can come together to benefit all students. - L-edukazzjoni hija triq għall-opportunitajiet fil-ħajja, iżda għal ħafna żmien, l-istudenti Indiġeni fl-Awstralja iffaċċjaw ostakli fis-suċċess edukattiv. Filwaqt li għad fadal l-isfidi, qed isseħħ bidla pożittiva. Illum ser nisimgħu minn esperti u studenti tal-edukazzjoni Indiġeni dwar x’qed jaħdem, għaliex l-edukazzjoni kulturali hija importanti u kif l-għarfien Indiġenu u tal-Pajjiżi tal-Punent jistgħu jingħaqdu flimkien biex jibbenefikaw l-istudenti kollha. | |||
| SBS Programm Malti - It-Tlieta 22 ta' Lulju 2025 | 22 juil. 2025 | 00:52:39 | |
SBS Programm Malti - It-Tlieta 22 ta' Lulju 2025 - 12pm - Preżentazzjoni u produzzjoni ta' Joe Axiaq. | |||
| SBS Maltese News: 22.07.25 | 22 juil. 2025 | 00:06:48 | |
Aħbarijiet bil-Malti: 22.07.25 minn Joe Axiaq. L-aħħar aħbarijiet mill-Awstralja u l-kumplament tad-dinja. | |||
| Strieħ fis-sliem Dun Emmanuel (Manny) Bonello– telfa għall-komunità Maltija fl-Awstralja | 19 juil. 2025 | 00:02:09 | |
Tħabbret il-mewt, tal-Kan. Emmanuel Bonello, f’Victoria l-Awstralja, fejn kien ilu jagħti servizz pastorali fl-Arċidjoċesi ta' Melbourne sa mill-1983. Oriġinarjament huwa kien mill-Parroċċa tax-Xagħra, Għawdex. Hu kien il-Kappillan tal-Parroċċa ta' San Ġużepp Ħaddiem, f’North Reservoir u ħadem fil-qrib mal-komunita' Maltija. | |||
| James Vella Bardon | ħajja impenjata bħala kittieb | 19 juil. 2025 | 00:16:02 | |
Fit-tieni parti ta’ intervista mal-kittieb Malti Awstraljan, James Vella Bardon jitkellem dwar il-bżonn li jikteb f’kull mument li jsib fil-ħajja impenjata tiegħu waqt li jieħu ħsieb il-familja u jaħdem fil-professjoni legali. | |||
| Aħbarijiet minn Malta: 18.07.25 | 18 juil. 2025 | 00:10:01 | |
Bullettin ta' aħbarijiet minn Malta mill-korrispondent tal-SBS, Leonard Callus. | |||
| SBS Programm Malti - Il-Ġimgħa 18 ta' Lulju 2025 | 18 juil. 2025 | 00:55:51 | |
SBS Programm Malti - Il-Ġimgħa 18 ta' Lulju 2025 - 12pm - Preżentazzjoni u produzzjoni ta' Joe Axiaq. | |||
| SBS Aħbarijiet bil-Malti: 18.07.25 | 18 juil. 2025 | 00:06:00 | |
Aħbarijiet bil-Malti: 18.07.25 minn Joe Axiaq. L-aħħar aħbarijiet mill-Awstralja u l-kumplament tad-dinja. | |||
| Programm ġdid ta’ skrinjar għall-kanċer tal-pulmun | 17 juil. 2025 | 00:07:27 | |
Il-kanċer tal-pulmun huwa l-ħames l-aktar kanċer komuni fl-Awstralja, iżda jikkawża l-akbar għadd ta’ mwiet minħabba li ħafna drabi jinstab meta jkun tard wisq. Issa hemm programm ġdid ta’ skrinjar li bih huwa ttamat li jinstabu każijiet tal-kanċer tal-pulmun ħafna aktar kmieni għal dawk bl-ogħla periklu ta’ dan il-kancer. | |||
| Aħbarijiet minn Malta: 15.07.25 | 15 juil. 2025 | 00:09:55 | |
Bullettin ta' aħbarijiet minn Malta mill-korrispondent tal-SBS, Leonard Callus. | |||
| SBS Programm Malti - It-Tlieta 15 ta' Lulju 2025 | 15 juil. 2025 | 00:54:13 | |
SBS Programm Malti - It-Tlieta 15 ta' Lulju 2025 - 12pm - Preżentazzjoni u produzzjoni ta' Joe Axiaq. | |||
| Aħbarijiet bil-Malti: 15.07.25 | 15 juil. 2025 | 00:06:20 | |
Aħbarijiet bil-Malti: 15.07.25 minn Joe Axiaq. L-aħħar aħbarijiet mill-Awstralja u l-kumplament tad-dinja. | |||
| Aħbarijiet minn Malta: 11.07.25 | 12 juil. 2025 | 00:10:48 | |
Bullettin ta' aħbarijiet minn Malta mill-korrispondent tal-SBS, Leonard Callus. | |||
| 50 sena tal-SBS: Antoine Said Pullicino, xandar u ġurnalista b’karriera ta’ 38 sena mal-SBS | 12 juil. 2025 | 00:13:03 | |
F’din is-sensiela ta’ episodji li bihom qegħdin infakkru l-50 sena ta’ xandir bil-Malti fuq l-SBS infakkru x-xogħol u l-kontribut tax-xandar u ġurnalista, Antoine Said Pullicino. Huwa beda fuq Radio 2EA, fl-1975 u ħadem bħala xandar u ġurnalista sal-2012, meta rtira wara 38 sena. | |||
| Aħbarijiet bil-Malti: 11.07.25 | 11 juil. 2025 | 00:06:57 | |
Aħbarijiet bil-Malti: 11.07.25 minn Joe Axiaq. L-aħħar aħbarijiet mill-Awstralja u l-kumplament tad-dinja. | |||
| Attivitajiet u servizzi fl-istati ta' Victoria | 09 juil. 2025 | 00:02:40 | |
Attivitajiet u servizzi fil-komunità Maltija fl-istati ta’ Victoria. | |||
| Aħbarijiet bil-Malti: 08.07.25 | 08 juil. 2025 | 00:05:56 | |
Aħbarijiet bil-Malti: 08.07.25 minn Joe Axiaq. L-aħħar aħbarijiet mill-Awstralja u l-kumplament tad-dinja. | |||
| Aħbarijiet minn Malta: 08.07.25 | 08 juil. 2025 | 00:09:37 | |
Bullettin ta' aħbarijiet minn Malta mill-korrispondent tal-SBS, Leonard Callus. | |||
| Il-Ġenerazzjoni li Jmiss iċċelebrata mill-Ewwel Nazzjonijiet Awstraljani waqt il-Ġimgħa tan-NAIDOC 2025 | 06 juil. 2025 | 00:06:11 | |
Din is-sena l-ġimgħatan-NAIDOC qed tfakkar il-50 sena tal-vuċijiet u l-kultura tal-Ewwel Nazzjonijiet. Dak li beda bħala moviment għall-Ġustizzja, l-ugwaljanza, il-libertà, u d-drittijiet bażiċi tal-bniedem kiber f’ċelebrazzjoni nazzjonali qawwija, u pjattaforma għall-kwistjonijiet li għadhom jolqtu lill-poplu Indiġenu sal-lum. | |||
| Louis Parnis | Membru fil-Kumitat Reġjonali fil-Kunsill tal-Maltin li Jgħixu Barra | 05 juil. 2025 | 00:13:30 | |
Is-Sur Louis Parnis, president tal-George Cross Falcons Community Centre ta’ Cringila, New South Wales, jitkellem ma’ Joe Axiaq dwar il-ħatra ġdida tiegħu bħala membru fil-kumitat reġjonali ta’ New South Wales fil-Kunsill tal-Maltin li Jgħixu Barra. | |||
| Aħbarijiet minn Malta: 04.07.25 | 05 juil. 2025 | 00:09:15 | |
Bullettin ta' aħbarijiet minn Malta mill-korrispondent tal-SBS, Leonard Callus. | |||
| SBS Programm Malti - Il-Ġimgħa 4 ta' Lulju 2025 | 04 juil. 2025 | 00:54:52 | |
SBS Programm Malti - Il-Ġimgħa 4 ta' Lulju 2025 - 12pm - Preżentazzjoni u produzzjoni ta' Joe Axiaq. | |||
| Aħbarijiet bil-Malti: 04.07.25 | 04 juil. 2025 | 00:06:39 | |
Aħbarijiet bil-Malti: 04.07.25 minn Joe Axiaq. L-aħħar aħbarijiet mill-Awstralja u l-kumplament tad-dinja. | |||
| Għandek uġigħ kroniku? Regulazzjonijiet emozzjonali jistgħu jgħinu | 03 juil. 2025 | 00:07:32 | |
Kull min xi darba kellu uġigħ ta’ dahar, jew uġigħ ta’ ras jaf kemm uġigħ bħal dan jista’ jħallik bla saħħa u ma jkollok aptit tagħmel xejn. Iżda għal dawk b’kundizzjonijiet ta’ uġigħ kroniku, kif timmaniġġja dan l-uġigħ joħloq ħafna sfidi. Studju ġdid jagħti ħarsa lejn xi strateġiji ta’ regulazzjonijiet emozzjonali biex jgħinu lin-nies jimmaniġġjaw uġigħ ta’ din ix-xorta. | |||
| 50 sena tal-SBS: 50 Sena ta’ Awstralja Multikulturali | 03 juil. 2025 | 00:11:03 | |
Fis-sena 1975 kien żmien ta’ bidla fil-politika globali. Kien hemm l-orrur tal-ġenoċidju tal-Pol Pot, it-tmiem tal-Gwerra tal-Vjetnam - filwaqt li fl-Awstralja kien hemm it-tkeċċija tal-gvern Laburista ta’ Whitlam. Kien żmien ukoll meta l-Awstralja kienet qed tinbidel fis-soċjeta’ multikulturali li għandna llum, u dan ħabat mat-twelid tax-xandar multilingwali tan-nazzjon permezz tal-SBS, dak iż-żmien Radio 2EA f’Sydney u Radio 3EA f’Melbourne. Il-Malti kien wieħed mill-ewwel seba' lingwi li beda jxandar fuq l-SBS. | |||
| Aħbarijiet minn Malta: 01.07.25 | 02 juil. 2025 | 00:07:33 | |
Bullettin ta' aħbarijiet minn Malta mill-korrispondent tal-SBS, Leonard Callus. | |||
| SBS Programm Malti - It-Tlieta 01 ta' Lulju 2025 | 01 juil. 2025 | 00:55:13 | |
SBS Programm Malti - It-Tlieta 01 ta' Lulju 2025 - 12pm - Preżentazzjoni u produzzjoni ta' Joe Axiaq. Jinkludi fost affarijiet oħra, l-aħbarijiet mill-Awstralja, servizz ta' aħbarijiet minn Malta mill-korrispondent, Leonard Callus, aħbarijiet bil-kollaborazzjoni ta' TVM News/SBS World Watch, Doris Meilak titkellem dwar il-ġnien, u avviżi komunitarji. | |||
| Aħbarijiet bil-Malti: 01.07.25 | 01 juil. 2025 | 00:07:51 | |
Aħbarijiet bil-Malti: 01.07.25 minn Joe Axiaq. L-aħħar aħbarijiet mill-Awstralja u l-kumplament tad-dinja. | |||
| First Nations representation in media: What’s changing, why it matters - Ir-rappreżentanza tal-Ewwel Nazzjonijiet fuq il-midja: X’qed jinbidel, għaliex huwa importanti | 30 juin 2025 | 00:08:49 | |
The representation of Indigenous Australians in media has historically been shaped by stereotypes and exclusion, but this is gradually changing. Indigenous platforms like National Indigenous Television (NITV) and social media are breaking barriers, empowering First Nations voices, and fostering a more inclusive understanding of Australia’s diverse cultural identity. Learning about these changes offers valuable insight into the country’s true history, its ongoing journey toward equity, and the rich cultures that form the foundation of modern Australia. Understanding Indigenous perspectives is also an important step toward respectful connection and shared belonging. - Ir-rappreżentazzjoni tal-Awstraljani Indiġeni fil-midja storikament ġiet iffurmata minn sterjotipi u esklużjoni, iżda dan qed jinbidel gradwalment. Pjattaformi Indiġeni bħat-televiżjoni nazzjonali Indiġena (NITV) u l-midja soċjali qed iwarrbu l-ostakli, u jrawmu għarfien aktar inklussiv tal-identità kulturali diversa tal-Awstralja. It-tagħlim dwar dawn il-bidliet joffri għarfien siewi dwar l-istorja vera tal-pajjiż, il-vjaġġ kontinwu tiegħu lejn s-sens ta’ ġustizzja u l-kulturi sinjuri li jifformaw il-pedament tal-Awstralja moderna. | |||
© My Podcast Data · Projet indépendant · Données issues d'Apple & Spotify